1.1 L-isem tal-club huwa Kercem Ajax Football Club
1.2 L-emblema ta’ Kercem Ajax huwa dan anness ma dan l-istatut.
1.3 Hadd ma jista jaghmel uzu, jippublika jew inkella jirriproduci din l-emblema/logo minghajr il-permess ta’ Kercem Ajax FC.
1.4 Is-sede ufficjali huwa l-kazin flimkien mal-kumpless sportiv li jinsabu fit Triq Wenzu Mintoff, Ta’ Kercem Ghawdex.
1.5 Il-motto tal-club hu ‘Per Ardua’.
1.6 Il-kuluri ufficjali tal-club huma Ahdar u Abjad.
2.1 L-ghan principali ta’ Kercem Ajax F.C. hu li jorganizza u jilghab il-loghba tal-football.
2.2 Il-club jista jorganizza sports iehor minbarra football kif ukoll attivitajiet fizici ohra.
2.3 Flimkien ma’ entitajiet u ghaqdiet ohra tar-rahal tippromwovi l-kultura u l-isports fost il-poplu Ta’ Kercem.
2.4 Kercem Ajax F.C. hija ghaqda volontarja, li ma tahdimx ghall-profitt. Kull qliegh li jsir mill-attivitajiet taghha, kif ukoll id-donazzjonijiet li tigbor minghand il-membri u l-pubbliku jservu biss ghall-organizzazjoni interna taghha u biex jintlahqu l-ghanijiet li ghalihom hija mwaqqfa.
3.1 Il-membri ta’ Kercem Ajax F.C. huma
- Dawk li jhallsu t-tessera u/jew li jifforma parti mill-Kumitat
- Il-membri onorarji li l-Club jista jahtar
3.2 Ma hemm l-ebda restrizzjoni ghas-shubija fl-Ghaqda, la ta’ eta, la ta’ sess, la ta’ nazzjonalita, jew ta’ xi xorta ohra.
3.3 Madanakollu l-kumitat izomm id-dritt li jirrrifjuta shubija fil-Club jekk kemm il-darba fil-gudizzju tieghu din ma tkunx ta’ gid ghall-istess Club. Il-kumitat izomm ukoll id-dritt li jirtira shubija fil-Club jekk ikun hemm raguni valida ghal dan.
3.4 Il-membri kollha tal-Club huma meqjusa indaqs fid-drittijiet taghhom. Meta jiehdu sehem fl-assemblea generali huma ghandhom id-dritt ghall-vot fuq kwalunkwe decizjoni li tkun qed tittiehed, kif ukoll ghall-elezzjoni tal-kumitat. Huma ghandhom dritt li jikkontestaw l-elezzjoni ghall-kumitat. Il-membri kollha, anke jekk mhux fil-kumitat tal-Club ghandhom dritt li jesprimu b' mod hieles l-opinjoni taghhom, mhux biss fl-assemblea generali izda wkoll quddiem il¬kumitat.
3.5 Il-membri tal-Club ghandhom id-dmir li jikkontribwixxu mill-ahjar li jistghu b' impenn fil-hidmiet tal-Club skond id-direttivi tal-kumitat.
3.6 Il-membri kollha ta Kercem Ajax F.C. huma kollha volontarji u ghalhekk l-ebda membru ma ghandu jithallas tas-sehem tieghu fi hdan il-Club. Madanakollu, wiehed jista' jigi renumerat ta’ xi spejjez li jkun ghamel u/jew anke ta’ xi xoghol li jkun ghamel mhux fil-fakulta tieghu bhala membru, basta jkun miftiehem hekk minn qabel ghal raguni valida.
4.1 Ghat-termini ta’ dan l-istatut, laqgha generali tfisser laqgha li fiha jiehdu sehem il-membri kollha ta’ Kercem Ajax F.C. kif imfisser f’Artiklu 3.1 u dawn bid-dritt ghall-vot.
4.2 Il-Laqgha Generali tista’ tkun jew dik annwali jew inkella wahda straordinarja.
4.3 Darba fis-sena ghandha ssir il-Laqgha Generali Annwali, fi zmien li jkun ikkunsidrat opportun mill-Kumitat, izda mhux aktar tard mis-7 Ta’ Gunju ta kull sena.
4.4 Laqgha Generali Straordinarja tissejjah jekk ikun hemm notifikazzjoni bil-miktub imressqa lill-Kumitat u ffirmata min ghaxar (10) membri. Sabiex tissejjah laqgha ta’ dan it-tip irid ikun hemm raguni valida ghaliex din qed tigi mitluba. Hija obbligatorja li tissejjah jekk il-kumitat ixolji qabel jintemm iz-zmien tieghu ta’ sena.
4.5 Laqgha Generali titmexxa mis-Segretarju, li hu fid-dmir li javza lill-membri b’mod li bih jintlahaq kulhadd ta’ l-anqas minn gimgha qabel.
4.6 Il-membri kollha jistghu jattendu ghal-Laqgha Generali kif ukoll jistghu jattendu wkoll osservaturi mistiedna mill-kumitat u l-pubbliku in generali jekk il-kumitat ma jiddecidix mod iehor. Dawk li ma humiex membri ma jistghux jivvutaw. Dawk il-membri li jixtiequ jissiehbu fil-kumitat, ghandhom jinfurmaw lis-Segretarju, u dawn jigu ssekondjati waqt il-laqgha generali jew seduta tal-kumitat.
4.7 Il-President jigi mahtur waqt il-Laqgha Generali Annwali. Jekk ikun hemm aktar min nomina wahda, issir elezzjoni bejn in-nominati li tintrabah b’maggoranza semplici. Jekk ikun hemm nominazzjoni wahda xorta issir elezzjoni u l -persuna nominata tigi eletta President jekk ikun hemm 50%+1 tal-voti mixhuta.
4.8 Il-Laqgha Generali Annwali titmexxa hekk:
- Talba tal-Bidu
- Qari tal-Minuti tal-ahhar Laqgha Generali
- Rapport generali annwali mis-Segretarju
- Rendikont Finanzjarju mit-Tezorier
- Elezzjoni tal-President u hatra tal-Kumitat
- Mozzjonijiet u emendi godda ghall-istatut
- Suggerimenti ghall-istagun li jkun imiss
- Materji ohra
- Gheluq
5.1 Il-kumitat mahtur fil-Laqgha Generali irid ikollu dawn l-ufficjali:
5.2 Il-Kumitat jista wkoll jahtar ufficjali ohra skond il-bzonn li jidhirlu, bid-dmirijiet li jassenjalhom l-istess kumitat mal-hatra taghhom.
5.3 Dawn l-ufficjali (minbarra l-Presdient) jigu mahtura fl-ewwel seduta tal-Kumitat wara l-Laqgha Generali li fiha jkun gie elett il-President u l-Kumitat.
5.4 Ix-xoghol tal-ufficjali u tal-membri kollha tal-kumitat hu li jmexxu lil Club sabiex dan jilhaq l-ghanijiet tieghu. Il-President huwa r-rapprezentant ewlieni tal-Ghaqda u meta jagixxi fil-fakulta tal-kariga tieghu u jirraprezenta lill-membri kollha. Huwa jmexxi l-laqghat kollha tal-Kumitat. Il-Vici President jissostitwixxi lil President fl-assenza tieghu. F’kaza ta rizenja tal-President, il-Vici President jinhatar awtotikament acting-president sakemm jinhatar president gdid.
5.5 Il-Kumitat jista jahtar ukoll membri co-opted, li fil-fehma tal-Kumitat jistghu jkunu ta’ fejda fil-hidma tieghu. Dawn jigu mahtura wara li jkunu nominati min membru tal-kumitat u ssekondjat min membru iehor, u wara li tkun ghaddiet votazzjoni b’maggoranza ta’ zewg terzi. Il-membri co-opted huma membri tal-kumitat skond l-effetti kollha ta’ dan l-istatut.
5.6 Il-Kumitat ghandu wkoll il-poter li jahtar membri onorarji jew inkellla li jaghti karigi onorarji lil xi persuni li fil-fehma tal-kumitat ikun jisthoqqilhom dan l-unur, bhala rikonoxximent ghal xi hidma mwettqa minnhom. Dawn it-titli huma ghal ghomor il-persuna u ma jintirtux. Persuna b’titlu onorarju ghandha dritt tattendi ghas-seduti tal-kumitat bhala osservatur. Titlu onorarju jinghata wara li l-persuna tkun innominata min membru tal-kumitat u issekondjata min membru iehor u tghaddi b’votazzjoni ta’ zewg terzi tal-membri kollha tal-Kumitat.
5.7 Il-Kumitat jista jahtar sotto-kumitati jekk jara li dawn huma ta ghajnuna ghal Club.
5.8 Il-Kumitat hu fid-dmir li jzomm seduta ordinarja tal-anqas darba fuq xahar. Il-membri tal-kumitat huma fid-dmir li jzommu bhala sigriet dak li jkun intqal u sar fis-seduti.
6.1 Kull rizenja, kemm mill-Kumitat u kemm mill-Club, ghandha tigi pprezentata lil President bil-miktub jew inkella verbalment waqt seduta. Din tigi accettata mill-Kumitat wara li fl-ewwel seduta li ssir tigi pprezentata lill-membri u jghaddi vot dwarha.
6.2 Jekk ir-rizenja tkun ta ufficjali tal-Kumitat, ghandha tintela minnufih dik il-kariga, jew ghallinqas tigi afdata temporanjament lil membru iehor tal-kumitat.
6.3 Membru li jirrizenja huwa marbut li jirritorna minnufih materjal konness mal-hidma tieghu fil-Club u li ma jkunx propjeta personali tieghu lil xi ufficjal tal-Club.
6.4 Kull membru tal-Club ghandu dritt jaghmel vot ta sfiducja lil kwalunkwe membru iehor tal-Club jekk dan jidhirlu li qed ikun ta xkiel ghal ghal Club jew mhux qed jaqdi dmiru skond l-esigenzi ta dan l-istatut. Din tghaddi mill-Kumitat wara votazzjoni b’maggoranza ta zewg terzi favur.
6.5 Il-Kumitat jista jintalab jirrizenja en-bloc permezz ta’ vot minn zewg terzi tal-kumitat. F’dan il-kaz ghandha tissejjah laqgha generali straordinarja u jirrizenja minnufih.
6.6 Meta l-Kumitat jispicca t-terminu tieghu jew meta jirrizenja en-bloc, ghandu minnufih isejjah laqgha generali biex ikun elett kumitat gdid. Il-karigi kollha jispiccaw mal-kumitat minbarra l-karigi tal-President u s-Segretarju, li jzommu l-kariga taghhom sakemm jiltaqa l-kumitat u jahtar ufficjali ohra.
7.1 Il-Club jista jzomm izomm fuq il-kotba tieghu players u coaches li huma rregistrati mal-Assocjazjoni bi status ta’ Amateur kif ukoll Non-Amateur.
7.2 Players u coaches kemm amateur u non-amateur jista jkollom ftehim jew kuntratti skond ir-regoli tal-Gozo Football Association. Il-Club u l-player iridu jimxu mal-klawsoli li jkun hemm fil-kuntratt/ftehim.
7.3 Il-players kollha ghandhom l-obbligu li jimxu skond kif mitluba mill-coach jew dirigenti tal-Club f’dak kollu li ghandu x’jaqsam mar-regolamenti tal-loghba.
7.4 Il-players u coaches ghandhom juru rispett lil membri tal-Kumitat u jirrispettaw id-decizjonijiet tal-Kumitat.
7.5 Il-players u coaches ghandhom jilbsu l-kit ufficjali tal-Club f’kull okkazjoni jew attivita li jkunu qed jidhru f’isem il-Club.
7.6 Players u Coaches ma jistghux jiehdu sehem f’attivitajiet organizzati min Clubs ohra minghajr il-permess u approvazzjoni bil-miktub mis-Segretarju.
7.7 Players u coaches ghandhom l-obbligu li jimxu mar-regoli tal-Gozo Football Association, Malta Football Association, UEFA, u FIFA fejn jikkoncerna kwalunkwe materja li mhux imsemmiha f’dan l-istatut.
8.1 Il-Club jista jkollu nursery li l-ghan ewlieni taghha ghandu jkun li jigi organizzat taghlim u tahrig tal-football lil tfal sa ma jaghlqu 19 -il sena.
8.2 In-nursery jista jkolla tims li jippartecipaw f’kompetizzjonijiet sportivi kif ukoll tista tinghaqad ma clubs ohra sabiex jiffurmaw tim wiehed ghal fini ta kompetizzjonijiet.
8.3 In-nursery ghandha titmexxa min-nursery co-ordinator mahtur mill-Kumitat li ghandu l-poter jahtar persuni ohra sabiex jghinuh fit-tmexxija tan-nursery.
8.4 In-nursery tista torganizza attivitajiet ohra apparti dawk sportivi.
9.1 Dan l-istatut jista’ biss jigi emendat mill-assemblea generali tal-Club wara li jkun ittiehdet vot favorevoli b’maggoranza ta’ zewg terzi.
9.2 Mozzjoni ghal emenda fl-istatut tista’ biss titressaq bil-miktub lis-Segretarju minn membru tal-Club trid tkun issekondjata minn membru iehor tal-Club.
9.3 Kull emeda jkollha effett immedjat.
10.1 Jekk il-Club japprova waqt Assemblea Generali b’maggoranza ta 75% tal-membri kollha eligibbli u intotolati li jivvutaw, resoluzzjoni li l-Club jigi xolt, il-Kumitat ezekuttiv irid jiehu azzjoni minnufih sabiex jithallas dejn (jekk ikun hemm), u jiddisponi mill-fondi, assi, u propjeta hekk kif jigi deciz mill-Assemblea Generali. Wara li jsir dan il-pass, l-Club jigi ufficjalment xolt.
10.2 F’kaz ta’ xoljiment tal-Club il-fondi, assi, u propjeta tal-Club ghandhom jghaddu lil Gozo Football Association. Dawn ghandhom jigu mizmuma, preservati, jew iddepositati skond kif ikun il-kaz, u jekk ikun hemm Club iehor fi zmien futur li jitwaqqaf ghal-istess ghanijiet gewwa r-rahal Ta’ Kercem bl-istess isem, dawn jigu mghoddija lilu.
10.3 F’kaz ta’ xoljiment tal-Club, il-Kumitat ghandu jinforma lil-Kummissarju tal Ghaqdiet Volontarji sa mhux aktar tard min 15 -il gurnata bid-decizjoni li l-Club gie xolt.
11.1 Il-President u/jew is-Segretarju huma r-rapprezentanti legali tal-klabb u ghandhom il-poter ikunu huma l-firmatarji tal-Club.
12.1 Fil-kaz ta’ dubju, l-interpretazzjoni ta’ dan l-istatut tmiss lil President wara li jkun ha l-parir tal-Kumitat. Kull artiklu jrid jigi dejjem interpretat bl-istess mod.
12.2 Il-Kumitat ghandu wkoll il-fakulta’ li jaghmel regoli ohra li ma jaghmlux parti mill-istatut, basta dawn ma jmorrux kontra dan l-istess statut jew l-ispirtu tieghu. Kull regola li tmur kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-istatut hija awtomatikament nulla.